99 Sena Ilu Ttellgħet Żeża Tal-Flagship. Illum Tista’ Terġa Taraha!
Poster juri kif bħal-lum, 14 ta’ Ottubru tal-1923, iġifieri 99 sena ilu, fit-Teatru Manoel kienet ittellgħet il-kummiedja: Żeża Tal-Flagship.
Irronikament, f’dawn il-jiem, Żeża reġgħet ħadet il-ħajja fl-istess Teatru. Hermann Bonaci mill-ewwel darba li kien ra din il-kummiedja, b’Żeża dak iż-żmien interpretata minn Terry L. Bencini, kien ħolom li jtella’ din-il-produzzjoni. U hekk ġara, għaliex propju fil-bidu tas-snin disgħajn din il-kummiedja kienet ittellgħet fl-Istitut Kattoliku l-Furjana u Żeża kienet interpretata minn Romina Bonaci.
Fl-2007 din il-kummiedja ittellgħet f’kummiedja mużikali bi Frida Cauchi bħala Żeża, fejn reġgħet itellgħet ukoll fl-2009 mill-istess atturi.
”Żeża baqgħet għal qalb Hermann u meta ġiet l-opportunita’ li jtella’ produzzjoni fit-Teatru Manuel Żeża kienet l-ewwel għazla li għaddiet minn moħħu. B’kast ġdid minn dak tal-2007 u l-2009, Żeża issa qed tiġi nterpretata minn Laura Bruno. Kummiedja, u li issa kummiedja mużikali b’addatament minn Joe Gatt, li minkejja li għaddew dawn is-snin kollha tibqa’ kummiedja ħelwa, divertenti u kollha daħk, biċċa xogħol li bdiet mill-pinna ta’ Mikiel Ang Borg. Proset Hermann li erġajt qajjimt u tellgħajt mill-ġdid din il-kummiedja fejn diversi nies, speċjalmet dawk ta’ ġenerazzjoni iżgħar kienu semmgħu biha imma qatt ma rawha” – Qalet l-attriċi Frida Cauchi