Ara Kif Il-Poplu Malti U Għawdxi Se Jgawdi Mill-Budget 2023
Illum tħabbar il-budget għas-sena 2023 mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana. Dawn huma wħud mill-punti dettaljati li ġew imħabbra li minnhom se jibbenefikaw il-Maltin u l-Għawdxin.
Il-budget għas-sena d-dieħla huwa ieħor mingħajr taxxi ġodda jew żieda fit-taxxi.
Il-laptop se jibda jingħata fis-sena skolastika li jmiss. Ma’ din il-miżura ġiet estiża l-iskema tal-One Tablet Per Child.
Il-massimu taċ-ċekk huwa ta’ €140. L-aktar li se jgawdu huma dawk bl-inqas dħul.
Estiżi ukoll l-iskemi tat-tnaqqis fit-taxxa tal-boll u tad-deposit payment scheme, flimkien mal-inċentivi għal xiri ta’ proprjetà f’UCA u miżuri oħra.
Din l-għotja hija għal ġenituri li ma jistgħux jaħdmu biex jieħdu ħsieb l-uliedhom adulti b’diżabilità severa. Fuq sena, din l-għotja se tiżdied b’€4,000.
Żieda ta’ €90 għal kull wild. Se jgawdu 62,000 tifel u tifla.
€8 miljun se jmorru biex nindirizzaw l-inġustizzji tal-imgħoddi. €2 miljun għall-anomaliji tal-passat.
Il-bonus se jitla’ għal €450 jekk għandek inqas minn ħames snin bolol imħallsa filwaqt li jekk għandek inqas minn għaxar snin bolol imħallsa, il-bonus se jiżdied għal €550. B’kollox se jgawdu 15,000 anzjan.
B’nefqa ta’ €1.6.miljun se nagħtu żieda addizzjonali lir-romol, li jekk jaħdmu, se jieħdu ukoll benefiċċji kontributorji.
Mekkaniżmu addizzjonali għall-għoli tal-ħajja li se jgħin lil min l-aktar jeħtieġ. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2022, se jgawdu mat-80,000 ruħ.
€65 miljun iżjed fil-bwiet ta’ 100,000 pensjonant.
€608 miljun f’għajnuna lill-familji u lin-negozji biex il-kontijiet tad-dawl jibqgħu stabbli.