”€600m Biex Il-Prezzijiet Tal-Enerġija Jibqgħu Stabbli” – Il-Prim Ministru Abela

 ”€600m Biex Il-Prezzijiet Tal-Enerġija Jibqgħu Stabbli” – Il-Prim Ministru Abela

Waqt attivita’ Politika f’Raħal Ġdid fl-għodwa tal-Ħadd, il-Prim MInistru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-baġit li ġej se jkollu żewġ temi prinċipali li huma: stabbiltà u sostenibiltà.

Dr Abela saħaq li l-Gvern li jmexxi għandu twemmin sod, dak li f’kull deċiżjoni li jieħu jpoġġi lill-persuna fiċ-ċentru u jagħti l-ħarsien tal-għajxien tal-familji u l-pensjonanti. Huwa qal li l-Gvern wera appoġġ lin-negozji u l-familji waqt pandemija, estenda l-appoġġ waqt gwerra preżenti u se jibqa’ jipproteġi lill-poplu b’investiment ta’ aktar minn €600 miljun biex il-prezzijiet tal-enerġija jibqgħu stabbli.

Dr Abela Fisser din l-għajnuna mhux bħala sussidju iżda investiment biex ir-rota ekonomika tibqa’ ddur u qal li matul is-sena li għaddiet il-Gvern diġà investa €473 miljun f’għajnuniet marbuta mal-kriżi tal-enerġija waqt li semma dak li kien propost minn Brussel u miġġieled minn Malta, il-konsum sfurzat tal-elettriku. Huwa qal li din il-miżura kienet tfisser inkonvenjent u tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’diversi setturi u rrefera għall-impenn tal-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli Malta u l-kisba tat-tielet deroga.

Emendi legali li jassiguraw l-art agrikola.

Il-Prim Ministru rrimarka li għal kull kriżi l-Gvern ħoloq opportunità u f’dan l-isfond semma kif fil-jiem li ġejjin fil-Parlament se jitressaq għall-ewwel qari ta’ emendi legali li jassiguraw l-art agrikola. Dr Abela spjega li din ir-riforma se tħares ir-raba, tiggarantixxi s-sostenibiltà tal-biedja, is-sigurtà tal-produzzjoni tal-ikel kif ukoll l-ambjent rurali. Dan apparti li se jingħata dħul aħjar lil sid l-art permezz ta’ miżura kuraġġuża. Dwar is-settur agrikolu l-Prim Ministru qal li se tkun qed titnieda white paper għal dwar il-futur ta’ dan is-settur.

Il-ħidma tal-Gvern hekk kif jiftaħ il-Parlament

Lejlet li jiftaħ il-Parlament Dr Abela ta elenku għal diversi riformi proposti fosthom l-electeronic tagging għal ċertu priġunieri, riformi fil-midja u l-ġurnaliżmu kif ukoll il-protezzjoni tal-ħaddiema.

Dwar dan huwa qal li l-Gvern huwa leali lejn il-prinċipju li huwa magħmul minn partit tal-ħaddiema u għaldaqstant qal li l-Gvern se jħares billi jfassal liġi għall-protezzjoni tal-ħaddiema vulnerabbli.

Huwa għadda messaġġ lil dawk fit-tmexxija kemm fil-privat u l-pubbliku sabiex isostnu l-kuraġġ meħtieġ għal bidliet b’kawtela meqjusa u f’dan l-isfond tenna l-impenn tal-Partit Laburista fil-gvern sabiex l-1,000 proposta tal-manifest elettorali jitwettqu.

Il-Prim Ministru tkellem dwar miżuri tal-Budget ta’ din is-sena li twettqu fosthom dik tat-trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd u fissirha bħala miżura ta’ sostenn li se tħalli mijiet ta’ ewro fil-bwiet ta’ kulħadd.

Huwa qal li fil-baġit li jmiss il-Gvern se jerġa jieħu ħsieb l-anzjani b’żiedet fil-pensjonijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com