Għandu Jkun Hemm Ħlas Għal Parkeġġ Fil-Qalba Tal-Lokal?

 Għandu Jkun Hemm Ħlas Għal Parkeġġ Fil-Qalba Tal-Lokal?
Il-parkeġġ fiċ-ċentri tal-ibliet u l-irħula f’pajjiżna għandu jkun bi ħlas għal min ikun barra dak ir-raħal jew belt? Hekk staqsa Kevin Mercieca f’kitba li kiteb fuq il-mezzi soċjali.

”Naħseb li jagħmel sens li jkun bi ħlas għax se tnaqqas il-konċentrazzjoni tal-karozzi fiċ-ċentri tal-ibliet ħlief dawk tar-residenti, ser toħloq aktar spazju miftuħ fl-ibliet u ser tħeġġeġ in-nies jimxu aktar jew jużaw aktar it-trasport pubbliku li issa huwa b’xejn għal kulħadd” – sostna Kevin.

Huwa jkompli jgħid li ovvjament, it-tariffa tal-parkeġġ trid tkun għolja b’tali mod li dak li jkun kemm jista’ jkun tiskoraġġih milli jipparkja fiċ-ċentru ta’ Belt jew raħal ieħor. Kevin iżid jgħid li filwaqt li t-trasport pubbliku b’xejn huwa pass għaqli ħafna, waħdu dan mhux biżejjed biex innaqqas il-volum tal-karozzi fit-toroq.
”Miżuri oħra – ngħidu aħna sistema tat-trasport pubbliku aktar effettiva u frekwenti u diżinċentivi biex wieħed jagħmel anqas użu mill-karozza privata tiegħu jistgħu jgħinu f’dan ir-rigward” ikkonkluda Kevin
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com