”Iċ-Ċarger Komuni Jsir liġi Tal-Unjoni Ewropea” – Alex Agius Saliba

 ”Iċ-Ċarger Komuni Jsir liġi Tal-Unjoni Ewropea” – Alex Agius Saliba

EP Plenary session – Radio Equipment Directive: common charger for electronic devices

B’vot ta’ approvazzjoni ta’ aktar minn 96% fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew aktar kmieni llum, iċ-Ċarger Komuni hekk kif innegozjat mill-Ewro-Parlamentari Malti Alex Agius Saliba sar liġi tal-Unjoni Ewropea.

Fid-diskors tiegħu, Agius Saliba sostna li din tal-lum hija ġurnata importanti għall-Unjoni Ewropea hekk kif kisbet rebħa għall-konsumaturi Ewropej u l-ambjent Ewropew. “Se nkunu qed niffrankaw miljuni ta’ Ewro lill-konsumaturi tagħna u aktar minn 11-il elf tunnellata ta’ skart elettroniku kull sena”.

EP Plenary session – Radio Equipment Directive: common charger for electronic devices

 

Dr Agius Saliba spjega kif permezz tal-ħidma li kien qed jikkordina, flimkien mal-kollegi shadow rapporteurs, f’sitt ġimgħat ġew konklużi n-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, dan wara l-kisba ta’ bosta approvazzjonijiet fuq livelli differenti fil-Parlament Ewropew. Huwa qal li dawn ir-riżultati jixhdu r-rieda politika qawwija sabiex jinstabu soluzzjonijiet tanġibbli li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini Ewropej.

L-Ewro-Parlamentari tal-Partit Laburista kompla jgħid kif mill-Ħarifa tal-2024, iċ-ċarger tat-tip USB C se jkun qed jintuża għal smartphones, e-readers, earbuds, keyboards, computer mice, apparat ta’ navigazzjoni portabbli, tablets, kameras diġitali, headphones u headsets, consoles tal-logħob tal-vidjo li jinżammu fl-idejn u anke speakers portabbli. Mill-ħarifa tal-2026, il-USB C se jkun ukoll qed jintuża għal-laptops kollha. Huwa fakkar kif il-Kummissjoni Ewropea se tkun qed tara li minn żmien għall-ieħor isir aġġornament ta’ din il-lista sabiex tibqa’ tinżamm aġġornata mal-iżviluppi tekonoloġiċi. Alex Agius Saliba sostna li anke fuq it-teknoloġija ta’ ċċarġjar mingħajr wajer, il-Kummissjoni Ewropea se tkun qed tiżviluppa standard ġdid fi żmien 24 xahar.

Fi tmiem id-diskors tiegħu, il-MPE Alex Agius Saliba rringrazzja lix-shadow rapporteurs, il-ħaddiema u l-assistenti u kull min ikkontribwixxa biex jiżgura li dan il-proċess iwassal għar-realta’ ta’ ċarger komuni  għall-miljuni ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com