Il-Ministru Għall-Anzjanità Attiva F’Konferenza Fl-Indja

 Il-Ministru Għall-Anzjanità Attiva F’Konferenza Fl-Indja

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela flimkien mas-Segretarju Permanenti Christine Schembri jinsabu f’Chennai, fl-Indja, għal żjara uffiċjali ta’ koperazzjoni.

Bħalissa jinsabu fl-istat ta’ Tamil Nadu fejn kellhom diversi laqgħat fosthom mal-Ministru tas-Saħħa, Affarijiet Familjari u l-Anzjanità MA. Subramaniam, id-Direttur tal-Indian Administrave Service Dr Mahesvaran, u awtoritajiet oħra.

F’dawn il-laqgħat ġiet diskussa koperazzjoni u ħidma flimkien bejn Malta u l-Indja f’dik li għandha x’taqsam il-kura tal-anzjani u r-riżorsi umani neċċessarji. Saru wkoll diskussjonijiet dwar il-liċenzjar fl-industrija tal-farmaċewtika u apparat mediku. Minbarra dan, il-Ministru Abela attenda wkoll għall-ewwel konferenza internazzjoni tar-Royal College of Surgeons of Edinburgh dwar l-impatt tal-Covid-19 fuq il-kura kirurġika u l-irkupru mill-pandemija.

Matul din il-konferenza, il-Ministru Jo Etienne Abela, fil-kapaċità tiegħu ta’ International College Tutor, iddiskuta l-potenzjal ta’ Malta li ssir ċentru għall- pajjiżi fil-Mediterran għat-tagħlim u l-eżamijiet fil-kirurġija.

 

Ritratti: MFAA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com