Il-Ministru Jo Etienne Abela B’Laqgħat Fl-Indja
Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela bħalissa jinsab f’Chennai l-Indja fejn qed ikollu bosta laqgħat ta’ importanza relatati mas-saħħa u r-rijabilitazzjoni għall-anzjani.
Ilbieraħ filgħodu, Abela kellu wkoll laqgħa kordjali mal-Ministru M.A. Subramaniam dwar servizzi ta’ saħħa u riabilitazzjoni għall-anzjani iżda wkoll dwar l-industrija farmaċewtika u kooperazzjoni fir-riżorsi umani.
Chennai hija belt ta’ 11-il miljun persuna u hija l-kapitali tal-istat Bennadu fl-Indja.
F’dawn il-laqgħat kien diskuss ukoll il-punt dwar l-eluf ta’ ħaddiema Indjani li joffru s-servizzi tagħhom f’pajjiżna.
“Kulma jmur, nixtiequ li l-kooperazzjoni bejnietna tiżdied, anke f’dak li għandu x’jaqsam mal-industrija farmaċewtika. Dawn il-laqgħat huma ta’ importanza vitali biex pajjiżna jkun jista’ jimxi ‘l quddiem”, tenna l-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.