Inċident Tat-Traffiku Fl-Imqabba

 Inċident Tat-Traffiku Fl-Imqabba

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, l-Imqabba.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li tifel u tifla, it-tnejn ta’ 14-il sena, intlaqtu minn vettura tal-għamla Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Qrendi.

Il-vittmi ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, it-tifel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi filwaqt li t-tifla ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com