Jirreżenja Mill-Partit Nazzjonalista
Il-President ta’ Team Start u Membru tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Jordan Galea Pace dalgħodu rreżenja mill-Partit Nazzjonalista.
F’messaġġ fuq facebook, Galea Pace sostna li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech mhux qed jitħalla jaħdem. Huwa qal: “meta għandu deputati u membri fit-tim tiegħu stess li qed joħolqu tfixkil sabiex jakkwistaw il-poter. Issa nista’ ngħid li verament nifhmu,”. Huwa faħħar lil Grech u qal illi dan dejjem kien jilqa’ lin-nies – inkluż lilu – minkejja ritratti ta’ membri tal-familja tiegħu iqattgħu t-tessera.
Huwa sostna li “Bernard Grech għandu intenzjonijiet tajbin, imma kulħadd qed jipprova jkissru.”
Huwa temm billi għamilha ċara li dan huwa kapitlu magħluq għalih u li dan qed jagħmlu filwaqt li hu se jżomm sod mal-prinċipji tiegħu u mhux għax ingħata xi direct order jew position of trust.