Jitkellem Iben L-omm Li Waqgħet B’Ħuh Iż-Żgħir Waqt Maltempata

 Jitkellem Iben L-omm Li Waqgħet B’Ħuh Iż-Żgħir Waqt Maltempata

F’ħin ikkaratterizzat mill-maltemp, omm inzertat inqabdet f’xita qliel max-xatt ta’ Ta’ Xbiex u spiċċat fuq il-mezzi soċjali. Bi mħabba lejn binha, din l-omm ħarġet lil binha mill-karozza bil-għan li twasslu fuq il-bankina ‘l bogħod mill-ilmijiet iżda fi triqitha, hija għelbet bih. Dan il-mument tal-waqgħa nqabad f’filmat li ttieħed minn persuna fl-inħawi u f’ħakka t’għajn spiċċa jdur fuq l-internet.

Ir-rappurtaġġ li sar dwar din l-omm, m’għoġob xejn lil binha Karl. F’kitba fuq il-mezzi soċjali tiegħu, fil-fatt, Karl esprima dispjaċir għall-fatt li lbieraħ ra bosta nies jippruvaw iwaqqgħu lil ommu għaż-żufjett wara dak li seħħ. Huwa faħħar lil ommu u qal li ma kinx ħaqqha dan kollu. Iddeskrivieha, bħala bniedma b’qalb kbira li tpoġġi l-interessi ta’ dawk ta’ madwarha qabel tagħha u li ma tiġġudikax. Żied, li Deborah hija omm li tħobb u tagħder, u li ma tafx b’mibegħda.

Iż-żagħżugħ temm il-messaġġ tiegħu billi qal li fil-fehma tiegħu qed ngħixu “f’dinja tal-kartapesta, tal-likes, views u gaffati oħra.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com