Kantera Mhux Se Jieħdu Sehem F’Mużika Mużika 2023

 Kantera Mhux Se Jieħdu Sehem F’Mużika Mużika 2023

Hekk kif għalqu s-sottomissjonijiet għal-festival kanzunetta Maltija, Mużika Mużika 2023, il-grupp popolari Kantera qalu li filwaqt li dan il-festival jibqa’ jfisser ħafna għalihom, fil-mument huma jinsabu jaħdmu fuq proġetti ġodda għaż-żmien li ġej.

Ikklassifikati fit-tielet post fl-edizzjoni tal-2021 u fit-tieni post fl-edizzjoni tal-2022, Kantera kisbu popolarita’ enormi f’pajjiżna bl-istil ta’ kanzunetti tagħhom, iżda jidher li mhux ħa nkunu qed narawhom fuq il-palk ta’ Mużika Mużika 2023.

Segwi hawn l-ewwel parteċipazzjoni ta’ Kantera waqt Mużika Mużika

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com