L-Isla U L-Kalkara B’Rispett Reċiproku F’Logħba Football

 L-Isla U L-Kalkara B’Rispett Reċiproku F’Logħba Football

X’ġest sabiħ sportiv” – hekk iddeskrivit il-ġest taż-żewġ Sindki tal-Isla u l-Kalkara, l-Assoċċjazzjoni tal-Football Malti.


Qabel il-partita ta’ Grupp A tan-National Amateur League bejn Senglea Athletics u Kalkara United, is-Sindku tal-Isla Clive Pulis u s-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina ppreżentaw bukkett fjuri lill-Captains tat-timijiet opposti b’turija ta’ għaqda u rispett bejn il-lokalitajiet tal-Kottonera.

Għalkemm uħud ma jikkunsidrawx din il-partita bħala ‘derby’, xorta waħda teżisti tip ta’ rivalita’ bejn iż-żewġ timijiet u ż-żewġ lokalitajiet, tant li diversi partitarji u sapporters attendew fil-ground tal-luxol sabiex issegwu l-partita li ntemmet fi draw ta’ xejn b’xejn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com