Lest Li Jerġa’ Jagħmel L-Istatwa Ta’ Kristu Fil-Girgenti, Bla Ħlas

 Lest Li Jerġa’ Jagħmel L-Istatwa Ta’ Kristu Fil-Girgenti, Bla Ħlas

Wara li l-istatwa ta’ Kristu fil-Girgenti sfat vandaliżżata, ħafna kienu li kkundannaw dan l-att vandalu. Fost dawn, kien hemm il-preżentatur Ivan Gaffiero li mhux l-ewwel darba li organizza laqgħat ta’ talb fil-post.

Fl-aħħar siegħat, Ivan stqarr kemm kien iddispjeċut u ddiżappuntat li ġara hekk, iżda dalgħodu sab messaġġ ħafna aktar pożittiv dwar dan il-każ mingħand l-iskultur Indri Attard li bagħtlu biex jurih ix-xewqa li huwa lest li jerġa’ jagħmel l-istatwa ta’ Kristu fil-Girgenti, bla ħlas.

Għal Ivan u għal bosta oħrajn din hija ħolma li jixtiequ li jarawha titwettaq fil-futur qarib.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com