Misteru Fl-Esplora! Taħseb Li Jirnexxilek Issolvih?

 Misteru Fl-Esplora! Taħseb Li Jirnexxilek Issolvih?

Ta’ kull sena, hekk kif jibda Ottubru, huma ħafna dawk li jibdew jippreparaw biex jiċċelebraw Halloween, żmien li huwa l-aktar magħruf għat-trick or treating, il-qargħa aħmar, xi qattus iswed jew saħħara kif ukoll l-opportunità li wieħed jilbes xi kostum tal-biżgħa u jattendi għal wieħed mill-ħafna avvenimenti li jittellgħu f’dan il-perjodu.

Għalkemm Halloween huwa l-aktar sinonimu mal-istejjer tal-waħx u affarijiet tal-biżgħa, huma ħafna li
jassoċjaw din iċ-ċelebrazzjoni ma’ sitwazzjonijiet tal-misteri u intriċċi. Minħabba f’hekk, din is-sena, iċ-Ċentru Interattiv Esplora iddeċida li jabbina t-tema tal-avveniment li jtella’ ta’ kull sena f’dan il-perjodu, ma’ suġġett popolari ħafna – ix-xjenza forensika.

Għalhekk Esplora qed jistieden lill-viżitaturi kollha biex jattendu għal CSI fl-Esplora: Il-Ġimgħa ta’ Halloween u flimkien mal-familja tagħhom jew xi grupp ta’ ħbieb jilbsu il-kappell tal-investigaturi u jippruvaw diversi attivitajiet li għandhom x’jaqsmu max-xjenza forensika. Opportunità mhux biss għal dawk li jħobbu jsolvu l-misteri iżda anke għal dawk li f’din il-ġimgħa tal-waħx jixtiequ jagħmlu xi ħaġa differenti u divertenti.

CSI fl-Esplora: Il-Ġimgħa ta’ Halloween se tkun qed tittella’ f’dawn il-ġranet u ħinijiet:
Il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru mis-18.00 sal-22.30
Is-Sibt 29 ta’ Ottubru sal-Erbgħa 2 ta’ Novembru mill-10.00 sal-17.00

Tul dan l-avveniment wieħed se jkun jista’ jipparteċipa f’diversi workshops relatati mal-qasam tax-xjenza forensika, mifruxin mal-bini taċ-ċentru. Il-biljetti ta’ CSI fl-Esplora: Il-Ġimgħa ta’ Halloween se jkunu jistgħu jinxtraw biss online.

Għal aktar informazzjoni jew biex tixtru l-biljetti żuru s-sit https://esplora.org.mt/csi-fl-esplora-il-gimgha-ta-halloween/?lang=mt

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com