Raġel Iweġġa’ Serjament F’Inċident Tat-Traffiku

 Raġel Iweġġa’ Serjament F’Inċident Tat-Traffiku

Ilbieraħ, għal xi d-disgħa ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Sirjan ta’ 18-il sena residenti l-Fgura, intlaqat minn Opel Corsa li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Imsida.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com