Raġel Jintlaqat Minn Vettura Fiż-Żejtun

 Raġel Jintlaqat Minn Vettura Fiż-Żejtun

Dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Xrob l-Għaġin, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 69 sena, intlaqat minn Isuzu Elf li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 62 sena. Iż-żewġ irġiel huma residenti ż-Żejtun stess.

Ir-raġel ta’ 69 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com