Raġel Jitlef Ħajtu Wara Li Ntlaqat Minn Vettura Fil-Marsa
Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-sagħtejn u għaxra ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel, li lidentitá tiegħu għadha mhix magħrufa ntlaqat minn Mercedes Benz C250 misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti l-Fgura.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet llill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Sfortunatament, huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marse-Ann Farrugia LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.