Rajthom It-Taxis Ta’ Londra Bir-Reklami Ta’ Malta?

 Rajthom It-Taxis Ta’ Londra Bir-Reklami Ta’ Malta?

Reklamar ta’ VisitMalta qed jidher bi prominanza fuq it-taxis ikoniċi ta’ Londra. Kull tip minn dawn ir-reklamar għandu QR Code li kif tiskenjah, jieħdok mal-ewwel fis-sit visitmalta.com.

Fost reklamar għall-pajjiżna, hemm il-EuroPride 2023 li se tkun qed tiġi ospitata f’Malta. Apparti reklamar fuq it-taxis ikoniċi, l-Awtorita’ Maltija għat-turiżmu ħasbet ukoll f’kampanja ta’ reklamar fuq linji u stazzjonijiet tal-famużi Undergrounds ta’ Londra.

Din il-pubbliċita’ għall-pajjiżna hija parti minn kampanja ta’ reklamar aktar wiesgħa li mmbarkat fuqha l-MTA matul din is-sena li tinkludi reklamar waqt ‘Good Morning Britain’ fuq ITV, Mural kbira b’xogħol tal-idejn f’Shoreditch, testimonjanza mil-leġenda ta’ Manchester United Wes Brown, il-Premier tal-film Jurassic World Dominion u aktar

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com