Tinħaraq Statwa Ta’ Ġesù Li Kienet Tinsab Fil-Girgenti
F’ritratti li ttellgħu fuq Malta Diżastru Totali, jidher li statwa ta’ Ġesù bis-salib li kienet tinsab fil-post magħruf għat-talb fil-Girgenti, sfat imdewba wara li ġarrbet ħruq estensiv.
Kummenti ta’ dispjaċir għal dan l-att, imlew il-post fi ftit sekondi.
Għadu mhux magħruf xi kkawża dan il-ħruq jew kienx att vandalu.