UKRAINELECTRIC PARTY B’Risq Karità Fl-Ukrajna

  UKRAINELECTRIC PARTY B’Risq Karità Fl-Ukrajna

UKRAINELECTRIC Party huwa avveniment li se jsir b’risq l-EverybodyCan Foundation fl-Ukrajna. L-artisti rinomati Maltin Tenisha, Ryan Spiteri u New Even li huma magħrufa għall-mużika dance elettrika tagħhom, se jkunu qegħdin idoqqu f’dan il-party. Barra minn hekk l-artisti Ukreni Illiam, 1lilstreet and Shawtyrain se jkunu preżenti biex idoqqu l-muzika taghhom.

Dan l-avveniment ta’ darba qed jiġi organizzat mill-Fundazzjoni kENUP, organizzazzjoni mingħajr profitt, ibbażata f’Malta. Imwaqqfa fl-2014, il-missjoni tal-EverybodyCan Foundation hija sabiex tinkoraġġixxi l-volontarjat, tistabbilixxi soċjetà responsabbli u tolleranti fl-Ukrajna, kif ukoll biex tgħin lil min l-aktar li għandu bżonn. Il-ħidma ta’ din il-fondazzjoni hija partikolarment relevanti f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Id-dħul kollu mill-bejgħ tal-biljetti minn dan l-avveniment se jmur għal din il-fundazzjoni ta’ karità.

UKRAINELECTRIC PARTY se jseħħ nhar il-Ġimgħa 14 t’Ottubru, 2022 fil-kumpless Aria, Triq Ħal Għargħur, San Ġwann mid-21:00 sa tard billejl.

Biljetti: Standard €10 / VIP €20

Bookings: https://www.showshappening.com/kENUP-Foundation/UKRAINELECTRIC-PARTY

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com