23 Għaqda Jappellaw Għal Bżonn Urġenti Li Tiġi Rregolata S-Sitwazzjoni Ta’ “free for all” Fl-Użu Tal-Kannabis
23 għaqda appellaw għal bżonn urġenti li tiġi rregolata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-free for all fl-użu tal-kannabis. Tennew li l-iżviluppi riċenti madwar il-ħatra ta’ Chairperson Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità tal-Kannabis jikkonfermaw ir-riżervi qawwija tagħna li l-Gvern daħħal leġiżlazzjoni b’impatt kbir fuq is-soċjetà b’mod mgħaġġel u mingħajr ma ħoloq strutturi effettivi biex il-liġi tiġi implimentata. “Sena wara li ġiet approvata l-liġi, il-perċezzjoni li l-użu tal-kannabis fis-soċjetà tagħna sar “free for all” żdiedet b’mod drammatiku filwaqt li jispikka n-nuqqas tal-istrutturi kkontemplati mil-liġi biex jirregolaw.”
L-għaqdiet hawn taħt iffirmati esprimew it-tħassib tagħhom li, wara l-isforz qawwi li sar biex tgħaddi il-liġi, il-Gvern ma weriex l-istess rieda biex jinvesti fir-riżorsi meħtieġa biex titwaqqaf Awtorità b’saħħitha li timplimenta l-liġi b’mod serju u responsabbli.
Awguraw li l-Awtorità tal-Kannabis tingħata r-riżorsi meħtieġa biex tiżviluppa l-istrutturi xierqa biex tirregola settur daqshekk sensittiv b’mod li jipproteġi l-interessi tal-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà, partikolarment it-tfal u ż-żgħażagħ.
Ħeġġew ukoll lill-Gvern biex jisma’ mis-soċjetà, partikolarment minn dawk l-għaqdiet li jaħdmu ta’ kuljum mal-vittmi tal-effetti negattivi tal-użu ta’ sustanzi, inkluż dak tal-kannabis.
Caritas Malta Malta Association of Psychiatry
Fondazzjoni OASI
Maltese Association of Social Workers
Richmond Foundation Kamra tal-Ispiżjara
Malta Employers Association Secretariat for Catholic Education
Anti poverty Forum Church Schools Association
Alleanza Kontra l-Faqar Independent Schools Association
Gozo Tourism Association Karl Vella Foundation
Gozo Business Chamber Dar Osanna Pia
Dar Tal-Providenza Fondazzjoni Paolo Freire
Millenium Chapel St Jeanne Antide Foundation
Dar Merħba Bik Kummissjoni Ġustizzja u Paci
Fondazzjoni Sebħ