Bil-Filmat: ‘A Night At The Movies’ – Spettaklu Mużikali Mill-Banda Peace Fil-Mużew Tal-Avjazzjoni

 Bil-Filmat: ‘A Night At The Movies’ – Spettaklu Mużikali Mill-Banda Peace Fil-Mużew Tal-Avjazzjoni
Għaddejjin b’ritmu tajjeb l-aħħar preparamenti għall-kunċert mużikali ‘A Night At The Movies’ li se jsir fil-Mużew tal-Avjazzjoni, f’Ta’ Qali, nhar is-Sibt li ġej, 3 ta’ Diċembru.
Il-Banda Peace tan-Naxxar, se tkun qed toffri spettaklu mill-aqwa ta’ mużika, dawl u viżwal f’ambjent mill-isbaħ, fejn l-ajruplani se jkunu qed jieħdu l-ħajja ma’ uħud mill-aqwa suċċessi mużikali mid-dinja taċ-ċinema.
Fost il-mużika li se nsibu siltiet mill-films The Lion King, Avatar, Lord of the Rings, Beauty and the Beast, Crimson Tide, Top Gun u oħrajn fost sorpriżi waqt is-serata.
Id-direzzjoni se tkun f’idejn Lino Pirotta, surmast direttur tal-istess Banda.
Aktar informazzjoni u biljetti għal dan l-ispettaklu jistgħu jinkisbu minn www.bandapeacenaxxar.com.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com