Erba’ Carers Sospiżi – Skattat Mill-Ewwel Investigazzjoni Tal-Pulizija

 Erba’ Carers Sospiżi – Skattat Mill-Ewwel Investigazzjoni Tal-Pulizija

Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva ntqal li l-Amministrazzjoni tar-residenza ta’ San Vinċenz De Paul fetħet investigazzjoni interna dwar żewġ każijiet separati ta’ allegat użu eċċessiv ta’ forza fuq żewġ pazjenti.

Dawn iż-żewġ każijiet qed jiġu investigati wkoll mill-pulizija.

B’rabta mal-każijiet ġew sospiżi erba’ carers u ġie infurmat ukoll il-Kummissarju għall-Anzjani, il-Professur Godfrey LaFerla.

Intqal ukoll li filwaqt li l-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela faħħar il-ħafna xogħol tajjeb li jsir minn għadd ta’ ħaddiema b’risq l-anzjani, huwa kkundanna bla riservi aġir vjolenti u ordna li l-każijiet inkwistjoni jkunu mistħarrġa biex wieħed jistabbilixxi l-fatti u jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com