Il-Fiera L-Kbira Ta’ San Martin Fil-Baħrija

 Il-Fiera L-Kbira Ta’ San Martin Fil-Baħrija

Nhar il-Ħadd li ġej 13 ta’ Novembru ssir il-Fiera l-Kbira ta’ San Martin fil-Baħrija. Festa popolari u li tiġbed eluf ta’ nies.

Din se ssir ħdejn il-knisja ta’ San Martin b’bosta stands bi prodotti tradizzjonali Maltin fejn intom mal-familja tistgħu tgawdi l-kampanja sabiħa tal-Baħrija.

Bla dubju l-qofol ikun ukoll il-bejgħ tal-borża ta’ San Martin bil-famuż taqbil: Ġewż, lewż, qastan, tin, kemm inħobbu l-San Martin.

Anness, il-programm bid-dettalji kollha fosthom dwar il-purċissjoni bl-istatwa ħelwa ta’ San Martin għada s-Sibt filgħaxija.

Din il-parroċċa hija mmexxija minn Patri Raymond Francalanza OSA. (Ordni Agostinjana)

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com