Il-Membri Parlamentari Favur Jew Kontra L-Ewtanasja?

 Il-Membri Parlamentari Favur Jew Kontra L-Ewtanasja?

Ilbieraħ fil-programm Popolin ġiet diskussa l-Ewtanasja u jekkx f’pajjiżna għandiex tiġi legalizzata.

Fil-programm ħadu sehem l-eks Ministru Tonio Fenech fejn ġab numru ta’ argumenti kontra li f’pajjiżna l-ewtanasja tkun aċċessibbli. Tkellmet ukoll Dr. Miriam Sciberras minn Life Network Foundation fejn spjegat għalfejn dan il-pass ikun żball għal pajjiżna.

Iż-żewġ mistiedna oħra Kevin Cassar u Christian Colombo qalu li kulħadd għandu jingħata l-libertà li jieħu deċiżjoni hu x’jgħamel b’ħajtu.

It-tim ta’ Popolin staqsa għall-opinjoni ta’ kull Membru Parlamentari.

Il-Whip tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar wieġeb għal membri kollha f’daqqa fejn qal li l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista hija kontra l-ewtanasja. Huwa spjega wkoll kif il-Partit Nazzjonalista jemmen fil-kwalità tal-ħajja mill-konċepiment sal-aħħar nifs.

Skont dak li spjega l-preżentatur Quinton Scerri l-Membri Parlamentari Laburisti bagħatu numru ta’ tweġibiet fejn dawk li wieġbu saħqu fuq diskussjoni skont kif elenkat fil-manifest tal-Partit Laburista.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li għandu jkun hemm diskussjoni iżda finalment trid tittieħed deċiżjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com