Il-Ministru Ian Borg B’Laqgħa Mal-Papa Franġisku

 Il-Ministru Ian Borg B’Laqgħa Mal-Papa Franġisku

“Iż-żjara tiegħi f’Malta tfakkarni fil-qalb tajba li għandhom il-Maltin”. Dan kien kliem il-Papa Franġisku waqt udjenza li kellu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt żjara fil-Vatikan.

Matul l-udjenza mal-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku, il-Ministru Ian Borg sostna li Malta hija dejjem onorata biż-żjara tal-Qdusija Tiegħu f’pajjiżna. Tkellmu wkoll dwar il-ħidma li għaddejja b’mod bilaterali bejn iż-żewġ stati, kif ukoll dwar ix-xogħol li għaddej minn pajjiżna bi preparazzjoni għall-Kunsill tas-Sigurtà għan-Nazzjonijiet Magħquda bil-għan li pajjiżna jibqa’ jkun aġent tal-paċi u l-istabbiltà madwar id-dinja.

Matul din iż-żjara fl-istat tal-Vatikan, il-Ministru Borg kellu l-opportunità li jiltaqa’ wkoll mas-Segretarju Tal-Istat tal-Vatikan, l-Emminenza Tiegħu l-Kardinal Pietro Parolin u l-Arċisqof Paul Richard Gallagher. Kompliet tiġi diskussa r-relazzjoni twila bejn iż-żewġ stati u l-importanza li għad għandu l-kattoliċiżmu f’pajjiżna. Ġiet diskussa wkoll il-ħidma li hemm bżonn issir bejn l-uffiċji tal-Affarijiet Barranin taż-żewġ stati sabiex tiġi mwaqqfa Kummissjoni Konġunta biex tiddiskuti l-immaniġġjar tal-artijiet tas-sede qaddisa f’Malta. L-immigrazzjoni fil-Mediterran, is-sitwazzjoni fil-Libja u l-kunflitt bejn l-Ukrajna u r-Russja kienu wkoll fuq l-aġenda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com