Inċident Tat-Traffiku F’Birkirkara
Raġel ta’ 45 sena residenti Birkirkara, għal xi s-sitta u kwart ta’ filgħodu, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm, Birkirkara.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Fiesta, misjuqa minn mara ta’ 52 sena residenti Ħad-Dingli, u mutur Honda PCX, misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.