Inċident Tat-Traffiku Fis-Siġġiewi
Raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Qormi, għal xi t-tlieta u kwart tal-bieraħ waranofsinhar, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Sqaq Bur il-Kbir, isSiġġiewi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Aygo, misjuqa minn Żvizzeru ta’ 61 sena, u mutur Piaggio, misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin