It-Tribunal Tal-Ippjanar Jikkonferma Li M’Għandux Isir Żvilupp F’ Ħondoq Ir-Rummien

 It-Tribunal Tal-Ippjanar Jikkonferma Li M’Għandux Isir Żvilupp F’ Ħondoq Ir-Rummien

Fi stqarrija, il-Partit Laburista tenna li qed jinnota b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Ippjanar li kkonfermat id-deċiżjoni li m’għandux isir żvilupp f’Ħondoq ir-Rummien.

Il-Partit Laburista radd ħajr lir-rappreżentanti tiegħu li tul is-snin, flimkien ma’ attivisti oħra, ħadmu qatigħ u bla waqfien bil-għan li jipproteġu dan is-sit f’Għawdex.

Min-naħa l-oħra, fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista, intqal li l-partit qed jilqa’ l-aħbar li t-Tribunal tal-Ippjanar ċaħad l-appell biex isir żvilupp f’Ħondoq.

Tenniet li l-Partit Nazzjonalista ilu jisħaq is-snin li l-Gvern għandu jakkwista din l-art u jagħmilha park nazzjonali kif ħaqqhom il-familji Għawdxin biex igawdu s-sbuħija ta’ din il-gżira flok jagħmlu s-snin isofru aktar trab u konġestjoni tat-traffiku

“Il-Partit Nazzjonalista jistieden lill-gvern, biex jekk verament huwa favur il-protezzjoni tal-ispazji miftuħa, jgħaddi mill-kliem għall-azzjoni”, temmet tgħid l-istqarrija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com