Nirien F’ Residenza Fl-Imqabba

 Nirien F’ Residenza Fl-Imqabba

Illum, għal xi l-ħamsa neqsin kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Karmnu, l-Imqabba.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn sabu li kien hemm nirien f’residenza fl-imsemmija triq.

Fuq il-post issejħu wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien, kif ukoll tim mediku.

Konsegwenza tal-ħruq, żewġ vetturi li kienu pparkjati quddiem ir-residenza sofrew xi ħsarat. Raġel ta’ 76 sena u mara ta’ 70 sena, li ftit qabel kienu ġewwa r-residenza, ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura kawża tad-duħħan li kienu belgħu.

Il-mara ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja, filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel għadha pendenti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com