Raġel Arrestat B’Rabta Ma’ Serq Minn Vetturi

 Raġel Arrestat B’Rabta Ma’ Serq Minn Vetturi

Ġranet ta’ sorvelljanza mill-Pulizija b’rabta ma’ serq minn vetturi fl-inħawi ta’ l-Imġarr u l-Mosta, ħallew il-frott hekk kif kmieni l-Ħadd filgħodu ġie arrestat raġel suspettat b’dawn ir-reati.

Waqt ronda fi Triq Sir Harry Luke, l-Imġarr, għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija nnutaw persuna li kienet taqbel mad-deskrizzjoni li ngħatat u li allegatament kienet qiegħda ddur b’mod suspettuż ma’ xi vetturi.

Kien għalhekk li l-Pulizija arrestatu fejn ġie identifikat li huwa Taljan ta’ 25 sena residenti l-Imġarr. Minn tfittxija li saret fuqu u fil-vettura li kien qiegħed juża, ġew elevati diversi oġġetti suspettati li ntużaw fis-serq, fosthom turnaviti.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com