Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Waqt Li Kien Qed Jaħdem

Raġel ta’ 50 sena residenti l-Belt Valletta, għal xi s-sagħtejn ta’ waranofsinhar, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ waqt li kien qed jaħdem fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex, Ta’ Xbiex.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li waqgħet struttura tal-ħadid fuq ir-raġel waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.