Tifla Bi Ġrieħi Gravi Wara Waqgħa Minn Tieqa
Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq ix-Xwieki, Ħal Għargħur.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li tifla ta’ 6 snin, waqgħet madwar sular għoli minn tieqa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin