Il-Papa Franġisku lbieraħ infaqa’ jibki malli semma’ l-poplu Ukren u talab għalih waqt ċerimonja reliġjuża li ssir ta’ kull sena f’jum il-festa kbira tal-Immakulata Kunċizzjoni.
Din hija festa nazzjonali fl-Italja. Il-poplu miġbur kien imħeġġeġ jitlob għal dan il-poplu li qed isofri.