Inċident Tat-Traffiku Fatali F’Għawdex

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq l-Ixprunara, Għajnsielem, Għawdex.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 79 sena residenti Għajnsielem, tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq, tat-tip Peugeot 206, u kellu impatt ma’ Mitsubishi L200 u Mazda Demio, li kienu pparkjati .
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżda sfortunatament, huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech fejn ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.