It-Teatru Tal-Istitut Kattoliku Jinfaqa’ Biċ-Ċapċip U L-Ferħ – Pantomima Suċċess Wara Nuqqas Ta’ Sentejn

 It-Teatru Tal-Istitut Kattoliku Jinfaqa’ Biċ-Ċapċip U L-Ferħ – Pantomima Suċċess Wara Nuqqas Ta’ Sentejn

Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija tal-Covid-19, illejla t-Teatru tal-Istitut Kattoliku fil-Furjana reġa’ ra lilu nnifsu ppakkjat bin-nies jiddevertu, jkantaw u jċapċpu mal-mużika, żfin, kant u battuti ħelwin tal-Pantomima Adams Femili (Pentow bil-Malti 2022) li ttellgħet għall-ewwel serata.

Bid-Dejm Morta Del Adams interpretata mill-bravissimu Rodney Gauci li faqa’ lil kulħadd bid-daħq u bl-ispontanjetà eċċellenti tiegħu, il-pubbliku preżenti tista’ tgħid li kien f’ewforija ta’ pjaċir. Dan juri kemm il-poplu Malti iva, japprezza t-talent Malti. Fl-irwolijiet l-oħra kien hemm Brian Farrugia – Fester, Steve Mifsud – Gomez, Gorg Micallef – Joe Kerr, Michela Galea – Catrina, Lee-N – Di l-Id/Lurch, Julie Pomorski – Frump, Mariah Mangion – Cousin It, Leah – Wednesday, Beppe Calleja Tonna – Pugsley, Jurgen Ciantar – Surgent Garcia,  Sergio Agius – PC Arr, Stephen Caruana – PC Noo, u Alexia Micallef – Harley Quinn.

Il-korjografija kienet f’idejn iż-żeffien Clayton Mifsud u Daphne Gatt mill-Kinetic Dance Studio u l-mużika ‘live’ kienet taħt id-direzzjoni ta’ Edward Mifsud.

Din hija produzzjoni oħra ta’ suċċess tal-Kumpanija Teatru Rjal immexxija minn Pawlu Testa li qed jiċċelebra t-30 anniversarju tagħha; kumpanija li tat bosta spettakli għall-familja kollha tul is-snin.

Inħeġġukom tmorru tarawha! Bravi mmens.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com