Milied Memorabbli Fl-Esplora

 Milied Memorabbli Fl-Esplora

Fi żmien il-festi, Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, ta’ kull sena jippreżentalna numru ta’ attivitajiet divertenti immirati għall-familja kollha fejn permezz tagħhom jinseġ l-aqwa esperiment xjentifiċi mal-ferħ brijjuż tal-Milied. Din is-sena nistednuk iżżur dan iċ-ċentru interattiv u tgawdi memorji sbieħ mal-maħbubin tiegħek f’wieħed mill-aktar perjodi maġiċi tas-sena!

Milied fl-Esplora beda s-Sibt 17 ta’ Diċembru u jibqa’ għaddej sal-Ħadd 8 ta’ Jannar fejn f’dawn il-jiem ta’ festa l-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jesploraw ix-xjenza u t-teknoloġija permezz tal-meravilji tal-Milied. Apparti minn dan, iċ-ċentru interattiv, dan il-Milied se jkun qed jagħti entratura waħda tat-tfal b’xejn ma’ kull biljett ta’ adult li jitħallas. Din l-offerta hija valida għal tfal ta’ 15-il sena ’l isfel.

Esplora għandu attivita għal kulħadd! Mill-workshop interattiv Once Upon a Christmas, li hu mmirat għal tfal ċkejknin li se jkollhom l-opportunità li jmorru vjaġġ ma’ Santa Klaws biex jaraw kif jiċċelebraw il-Milied il-familji Maltin u Għawdxin; għal workshop ieħor immirat għal tfal ftit akbar fl-età bl-isem ta’ Santa’s Sleigh Workshop, li hu ideali għal tfal li jħobbu l-coding.

Ix-xow tax-xjenza ta’ din is-sena żgur li se jolqot lil kulħadd! Infatti waqt Lights Camera Action, il-viżitaturi se jingħaqdu mal-film crew ta’ Esplora biex jgħinuhom joħolqu elementi minn films klassiċi tal-Milied bl-użu tax-xjenza u t-teknoloġija.

U jekk għadek qatt ma żort l-EsploraPlanetarium, dan huwa l-mument ideali biex tagħmel dan! F’dan il-perjodu ta’ festa, Esplora qed jintroduċi film ġdid bl-isem ta’ Dinosaurs, A Story of Survival, li jitratta l-istorja ta’ Celeste, tifla ċkejkna li tkun iffissata fuq id-dinosawri u li flimkien mal-ħabib tagħha Moon, tmur fuq vjaġġ tul is-snin sabiex tara kif dawn l-annimali sbieħ inbidlu tul is-snin.

Il-biljetti tad-dħul għal Milied fl-Esplora jistgħu jinxtraw online minnhttps://www.showshappening.com/Esplora-Interactive-Science-Centre/Christmas-at-Esplora jew inkella mir-reception mad-dħul fuq bażi ta’ min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel. Il-biljetti jkopru d-dħul fl-Esplora biss u x-xows tax-xjenza/workshops jew planetarium films/xows jistgħu jiġu bbukkjati għal kull viżitatur bi ħlas addizzjonali ta’ €1 mir-reception tal-Esplora biss.

Għal aktar informazzjoni u ħinijiet tad-dħul żur https://esplora.org.mt/christmas-esplora-2/?lang=mt

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com