Oliver Magro Jinħatar Kap Eżekuttiv Tal-Awtorità Tal-Ippjanar
Is-Sur Oliver Magro nħatar Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar fi ħdan il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, wara li spiċċa t-terminu tas-Sur Martin Saliba.
Is-Sur Magro għandu 18-il sena esperjenza f’diversi oqsma fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar.
Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi rringrazzja lis-Sur Martin Saliba għall-ħidma tiegħu matul is-snin li mexxa lill-Awtorità tal-Ippjanar u awgura lis-Sur Oliver Magro għal din il-ħatra ġdida.
Ritratt (MPWP)