Rigal B’Imħabba – Milied Għat-Tfal Kollha

 Rigal B’Imħabba – Milied Għat-Tfal Kollha
Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela qed tkompli għaddejja bil-kampanja pożittiva u ta’ ġid Rigal b’Imħabba. Din hija t-tieni edizzjoni ta’ din l-inizjattiva li tferraħ ħafna u ħafna tfal.
Fuq il-midja tagħha, is-Sinjura Abela ltaqgħet ukoll ma’ Jake fejn ma talabx rigal għalih iżda minflok, talab Rigal bi Mħabba biex ikunu mgħejjuna ssantwarji tal-annimali.
“Flimkien ħdimna biex nagħmlu din ix-xewqa realtà”, tenniet Dr Abela.
Temmet tgħid li taħt is-siġra tal-Milied fil-Belt qed jibqgħu jinġabru r-rigali biex inferrħu eluf ta’ tfal Maltin u Għawdxin.
Dan huwa l-ispirtu Malti; li jgħin lil ħaddieħor.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com