Taqa’ Parti Minn Triq Fi Propjetà Privata F’San Pawl Il-Baħar
Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri fuq il-midja soċjali tiegħu qal li jinsab infurmat li waqgħet parti minn triq fi propjetà privata f’San Pawl il-Baħar.
Qal li l-Protezzjoni Civili flimkien ma’ diversi entitajiet oħra tal-istat jinsabu fuq il-post fejn qed jintużaw ukoll klieb u drones biex jivverifikaw li ma hemmx persuni taħt xi ġebel.
Minn iformazzjoni li għandna, il-każ seħħ fi Triq Ix-Xagħra tal-Bandieri.
Aktar dettalji mal-ħin.