Tħabbret Il-Mewt Ta’ Carmen Tanti Tal-Greenfields

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Carmen Tanti tal-grupp popolari Greenfields. Carmen kellha l-età ta’ 75 sena. Kienet miżżewġa lil Joe Tant u kellha żewġ ulied; Clive u Myra.
Il-Greenfields jibqgħu magħrufin għall-kanzunetti folkloristiċi li tista’ tgħid jafhom kulħadd. Fost oħrajn; Il-Vapur tal-Art, Il-Karozzin, Il-Banda ta’ Indri, It-Terramaxka u Għand Kurun.
Kondoljanzi lill-familja Tanti.
Ritratt: The Entertainers/ Facebook