BIL-FILMAT: Xow sħiħ kollu Rock n Roll

 BIL-FILMAT: Xow sħiħ kollu Rock n Roll

Jekk inti tħobb kanzunetti Rock n Roll tas-snin sebgħin, tmenin u disgħin, titlifx dan ix-xow.

Only Rock n Rock, But I Like It, huwa x-xow li se jtellgħu Centrestage Malta.

F’dan ix-xow se jkun hemm kantanti magħrufa bħal Tiziana Calleja, Chris Grech, Kenneth Calleja u Daryl Ebejer. Se jkun hemm ukoll orkestra li se ddoqq live!

Dan ix-xow se jittella’ fis-26 u s-27 ta’ Mejju fl-arena ta’ Montekristo. Il-bibien jiftħu fit-8 ta’ filgħaxija.

Dakinhar ejja x-xow bl-aqwa ilbies Rock! Kant u żfin huma garantiti.  Għalhekk, aqta’ l-biljetti tiegħek minn fuq showshappening.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com