€300 jekk tinqabad tuża l-mobile waqt li qed issuq

 €300 jekk tinqabad tuża l-mobile waqt li qed issuq

Il-ġimgħa d-dieħla se jiġi ppubblikat avviż legali biex jiddaħħlu multi ġodda marbuta mal-kontravenzjonijiet tat-traffiku.

Dan qalu l-Ministru għat-Trasport Aaron Farrugia fejn spjega li dawn ir-reviżjonijiet huma parti minn pjan għal iżjed sigurtà fit-toroq.

Il-multi se jkunu hekk:

  • Jekk issuq fuq dawl aħmar: €100 għal €200
  • Jekk tgħaddi minn No Entry: €46.59 għal €75
  • Jekk issuq b’iktar minn 15km/h ‘il fuq milli suppost: €69.88 għal €100
  • Ġarr u tagħbija ta’ vireg jew xbieki tal-ħadid li ma jkunux imwaħħlin sew : minn €116.47 għal €200
  • Nuqqas ta’ użu ta’ tailboard, spillage jew vettura mgħobbija żżejjed: Minn €46.69 għal mhux inqas minn €250, iżda mhux iktar minn €500
  • Ingombru: multa baqgħet l-istess imma issa se tinkludi slipways u mollijiet €104.
  • Ostaklu b’vetturi li joħloq it-traffiku: multa baqgħet l-istess €104.82
  • Tgħabbija ta’ aktar passiġġieri minn kemm suppost minn €11.65 għal €50 (għal kull persuna)
  • Użu ta’ vettura differenti minn dak permess skont il-liċenzja fil-kazijiet ta’ kiri jew kumpens minn €34.94 għal €200
  • Użu tal-mobile, użu ta’ earphones jew over-ear headphones fil-widna lejn in-naħa tat-tieqa waqt li tkun wieqaf jew fi traffiku għal muturi, mopeds, ekickscooters jew vetturi ta’ kategorija L, M1 jew N1, minn €100 għal €200
  • Użu tal-mobile, użu ta’ earphones jew over-ear headphones fil-widna lejn in-naħa tat-tieqa waqt li tkun wieqaf jew fi traffiku għal vetturi ta’ kategorija N2, N3, M2 u M3 u fejn hemm tgħabbija ta’ passiġġieri għall-kiri jew kumpens minn €100 għal €300

Se jinbidlu wkoll il-punti mogħtija għal żewġ kontravenzjonijiet differenti. Jekk tinqabad tuża l-mobile bħalissa jonqsulek bejn 3 u 6 punti. Bir-reviżjonijiet il-ġodda, se jonqsulek 6 u 9 punti. Filwaqt li jekk tinqabad tuża l-headphones, bħalissa jonqsulek bejn 3 u 6 punti, bir-reviżjonijiet il-ġodda se jonqsulek bejn 6 u 9 punti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com