“Għenuni naqta’ xewqti għada” – Lorna Fiorini

 “Għenuni naqta’ xewqti għada” – Lorna Fiorini

Għal birthday ta’ din is-sena ħsibt biex niġbor donazzjonijiet għall-Malta Community Chest Fund. Nixtieq inrodd ftit mill-ħafna li jagħmlu miegħi bil-mediċina li jagħtuni għall-kura tal-kanċer. Din tiswa’ eluf ta’ ewro fix-xahar.

Hekk qalet ma’ STRADA RJALI Lorna Fiorini, li f’Diċembru tal-2021 u, skoprew li għandha kanċer waqt operazzjoni li għamlet.

Dwar l-aħbar qalet li meta jiġri kif ġara lilha, is-sigriet hu kif tirreaġixxi għal dak li ġralek u li tipprova tgħix ġurnata b’ġurnata. Lorna żidiet tgħid “m’inix robot, allura ġieli jkolli l-mumenti tiegħi. Wara kollox il-ħajja dik hi, tlajja’ u nżul.”

Il-professjoni tagħha ta’ counsellor tgħinna taffaċċja dawn l-isfidi li qed tgħaddi minnhom, iżda mhux biss. “Jien qed inlaqqa’ grupp għal min għaddej jew għadda minn Ovarian Cancer bħali. Dan huwa grupp teraweptiku. Nemmen li kollox jiġri għal raġuni u nixtieq nilħaq u ngħin nies bl-istess kundizzjoni kemm nista’. Min jixtieq jingħaqad ma’ dan il-grupp, jikkuntattjani fuq 99031062 jew [email protected]. Aħna niltaqgħu l-parroċċa tan-Naxxar darba kull tliet ġimgħat.”

Lil hinn minn hekk, Lorna tiffoka fuq is-sabiħ li għandha madwarha, fosthom il-kelb Toya tant għażiża għaliha. Hija wkoll kantanta u attriċi, imħabba oħra għaliha li jagħtiha kuraġġ tkompli għaddejja b’ħajjitha.

Intant, id-donazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lil Malta Community Chest Fund fuq wieħed minn dawn li ġejjin. Bħala nota iktbu (Lorna Fiorini):

– Bov Moble to Mobile fuq in-numru tal-MCCF – 79359565

– MCCF BOV bank – iban MT06VALL22013000000040018344349

– MCCF HSBC bank – iban MT76MMEB44163000000016209116001

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com