Gianluca Bezzina jirbaħ ‘Mużika Mużika’ b’Sabiħa

 Gianluca Bezzina jirbaħ ‘Mużika Mużika’ b’Sabiħa

Gianluca Bezzina huwa r-rebbieħ tat-tielet edizzjoni tal-festival Mużika Mużika – il-festival tal-kanzunetta Maltija.

Il-kanzunetta Sabiħa, b’kompożizzjoni ta’ Philip Vella u lirika ta’ Joe Julian Farrugia, kisbet l-iżjed punti, u ġiet ikklassifikata fl-ewwel post.

Fit-tieni post ġew ikklassifikati Drakard u Lisa Gauci bil-kanzunetta Jekk Mhux Int b’kompożizzjoni ta’ Cyprian Cassar u lirika ta’ Emil Calleja Bayliss.

Fit-tielet post ġiet ikklassifikata Jasmine bil-kanzunetta M’hawn Bħalek b’kompożizzjoni ta” Philip Vella u lirika ta’ Glen Vella.

Il-festival kellu l-preżentazzjoni ta’ Keith Demicoli, Claire Agius u Moira Delia.

Ritratt: Mużika Mużika

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com