Jitwaħħal banner ‘JUSTICE FOR JEAN PAUL SOFIA’

 Jitwaħħal banner ‘JUSTICE FOR JEAN PAUL SOFIA’
Kmieni dalgħodu seħħet azzjoni mill-ħbieb tal-vittma Jean Paul Sofia.
Din l-azzjoni seħħet billi ttella’ banner bil-kitba ‘Justice For Jean Paul Sofia’. Din saret b’għajta favur il-ġustizzja biex tinfetaħ inkjesta pubblika.
Dan il-banner twaħħal fejn il-mini fiż-żona tal-iskatepark ġewwa l-Imsida.
Huma sostenew li din “l-inkjesta hija essenzjali sabiex ilkoll insiru nafu għalfejn ħajjet Jean Paul Sofia, mimlija saħħa u mħabba, ġie brutalment maħsuda nhar it-3 ta’ Diċembru fuq sit tal-kostruzzjoni ġewwa Kordin.”
Jean Paul Sofia ta’ 20 sena miet fit-3 ta’ Diċembru li għadda meta waqa’ l-bini fuq Telgħa Ras il-Ħanżir. Dakinhar ħames ħaddiema ġew salvati. Filwaqt li 3 minnhom kienu f’qagħda kritika, tnejn ġarrbu ġrieħi gravi.
Sal-lum, l-ebda inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ dan iż-żagħżugħ għadha ma nfetħet.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com