BIL-FILMAT: “L-ambulanza kellha tidħol b’lura… dan xogħol bażwi” – Joe Demicoli

 BIL-FILMAT: “L-ambulanza kellha tidħol b’lura… dan xogħol bażwi” – Joe Demicoli

Il-komiku Joe Demicoli, kmieni dalgħodu, tella’ filmat li fih tidher ambulanza tidħol fi triq b’lura.

Milli jidher, Joe Demicoli kiser saqajh u għaldaqstant biex l-ambulanza setgħet tidħol fit-triq, il-vettura kellha tidħol b’lura.

Dan għaliex għas-sigurtà, Infrastructure Malta għalqet l-entratura tas-service road (fil-Marsa-Ħamrun bypass). Huwa ilmenta li dan huwa xogħol bażwi u bla ħsieb.

“Grazzi lill-infermiera ta’ Mater Dei għad-dedikazzjoni lejn xogħolhom. Mhux l-istess għall-infrastructure Malta u l-Ministru tal-qamar għax-xogħol bażwi u bla ħsieb. Għas-sigurtà (skont huma) għalqu l-entratura ta’ service road, biex issa f’każ ta’ emerġenza ambulanza trid tidħol b’lura. Inkompetenti.”

Fil-fatt, fil-ġimgħat li għaddew, Times of Malta rrapportat l-ilmenti ta’ residenti tal-Marsa dwar din it-triq.

Filwaqt li qabel in-nies setgħu jaqsmu t-triq li tinsab fil-Marsa-Ħamrun bypass, issa jridu jimxu 7 minuti biex jaslu min-naħa għall-oħra tat-triq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com