“Nitolbu għall-Papa Franġisku” – L-Arċisqof ta’ Malta

L-Arċisqof ta’ Malta, Charles J Scicluna qed jappella biex nitolbu għall-Papa Franġisku, filwaqt li qed jawguralu fejqan ta’ malajr.
Dan wara li l-uffiċċju tal-Istampa tal-Vatikan ħabbar li l-Papa Franġisku qed ibati minn infezzjoni respiratorja u minħabba f’hekk kellu jiddaħħal l-isptar.
“Il-Papa lmenta minn diffikultajiet fin-nifs tul l-aħħar jiem u ddaħħal l-isptar biex isirulu testijiet meħtieġa.”
L-istqarrija temmet tgħid li l-Papa qed japprezza ħafna il-messaġġi li waslulu u wera l-gratitudni għan-nies li kienu qrib tiegħu u qed jitolbu għalih.”
Ritratt tal-faċċata: Vatican Media