Tiftakruha Oh My Malta? Din kienet frażi li marret viral meta ġie f’Malta Nas Daily fl-2018.
Dalgħodu kmieni, fuq il-paġna ta’ Nas Daily tħabbar li Aish u Justin, li jaħdmu ma’ Nas Daily, ġejjin Malta.
“Jiena Aish u ġejja ma’ Justin biex nagħmlu xi filmati fil-PAJJIŻ SABIĦ TAGĦKOM. Aħna nixtiequ niltaqgħu magħkom.”
Nas Daily huwa vlogger magħruf li jtella’ filmat ta’ minuta. Huwa kellu l-ħsieb li jagħmel 1,000 filmat f’elf ġurnata minn pajjiżi differenti.
Fil-fatt huwa kien ġie f’Malta f’April tal-2018 fejn kien ġabar numru ta’ nies fil-Belt Valletta jgħidu Oh My Malta
Huma qed jixtiequ jiltaqgħu magħkom għada, l-Erbgħa, fis-1:00pm fi Pjazza San George, il-Belt. Tista’ tapplika hawnhekk: https://forms.gle/wGoUCRHdu4Kgr2hJA