Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad

 Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad

New ambulance fleet

Raġel ta’ 42 sena residenti Ħaż-Żebbuġ sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00am fi Triq Burmarrad.

Mill-istħarriġ tal-Pulizija jiidher li seħħet ħabta bejn il-mutur li kien qed isuq ir-raġel u karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena li joqgħod San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post isejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajuna u wara ħa lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com